Laboratorju ta' Kitba: Il-Karattru tal-Karattri
Schedule
Wed Oct 08 2025 at 06:00 pm to 08:00 pm
UTC+02:00Location
Valletta Design Cluster | Valletta, MA
Advertisement
Dan il-laboratorju ta' kitba jistħarreġ kif jiġu ffurmati l-karattri fil-kuntest ta' storja. Jibda billi jħares lejn numru ta' karattri notorji fi stejjer magħrufa u janalizza l-kwalitajiet tagħhom. Ikompli billi jutilizza l-għodda tal-profili li permezz tagħha l-parteċipanti għandhom jibdew jibnu karattru b'saħħtu. X'jagħmel karattru b'saħħtu? X'nafu dwaru? X'se nikxfu u x'se naħbu? Dan il-laboratorju se jagħti l-qafas li permezz tiegħu l-parteċipanti jistgħu jkomplu jibnu karattri bi storja b'saħħitha lil hinn mis-sessjoni. Is-sessjoni se titmexxa bil-Malti.Dan il-laboratorju bla ħlas qed jittella' bħala parti minn sensiela ta' erbgħa laboratorji marbuta mal-Commonwealth Short Story Prize (aktar tagħrif hawnhekk: https://ktieb.org.mt/news-en/announcing-the-nbcs-short-story-workshop-tour-aug-oct-2025/)
Irreġistra hawnhekk: https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSc3JiTPYMnmuhZU0ihOyQvCws5zJ2LvWmTNF3gxITqIS1uSFA/viewform?usp=sharing&ouid=103213512314085826509
Il-laboratorju ta' kitba se jitmexxa minn Leanne Ellul. Ellul tgħallem il-Malti u l-kitba kreattiva u tiggwida lill-istudenti fl-ewwel passi tagħhom fit-triq tal-kitba. Tikteb kemm poeżija kif ukoll proża. Fil-passat kitbet ukoll għat-teatru u għadha tikteb it-textbooks u kotba oħra għat-tfal. Traduċiet ukoll numru ta’ xogħlijiet għall-Malti. Il-poeżiji tagħha ġew ippubblikati f’adda, Asymptote, Modern Poetry in Translation, Columbia Journal, u Circumference, u tradotti għall-Għarbi, Kroat, Frisjan, Taljan, Grieg, u Sloven. Hija wkoll l-awtriċi ta’ żewġ rumanzi għaż-żgħażagħ, Gramma (2015) u be;n il-kmiem (2025). Ellul tifforma parti minn numru ta’ entitajiet li għandhom il-lingwa u l-kultura Maltija fil-qalba tagħhom, fosthom Inizjamed u Fondazzjoni HELA.
Disinn ta' Naomi Gatt.
Advertisement
Where is it happening?
Valletta Design Cluster, Valletta, MaltaEvent Location & Nearby Stays: