Il-Mewt dar-Raħal Tafu Sew

Schedule

Thu Oct 29 2026 at 07:30 pm to 08:30 pm

UTC+01:00
Location

Knisja tal-Gizwiti, Triq il-Merkanti, Valletta, Malta | Valletta, MA

Advertisement
This event is in Maltese
Il-Mewt - xi tfisser fiż-żminijiet tal-lum? Lejn l-aħħar tas-seklu 20 il-kelma ‘mewt’ kważi saret terminu kliniku - realtà li tinftiehem permezz tax-xjenza. Iżda f’dinja li qiegħda tinbidel b’ritmu mgħaġġel, fejn l-intelliġenża artifiċjali, it-tibdil fil-klima, u l-kunflitti globali qiegħdin ibiddlu l-ħajja tal-bniedem b’modi radikali - xi tfisser il-Mewt?
Din is-serata ser tagħti spazju lill-komunità sabiex teżamina l-mewt minn aspetti antropoloġiċi, soċjali, storiċi, u artistiċi. Il-grupp letterarju Muża Karkariża, permezz ta’ kitbiet li jinkludu riċerka, studji, rakkonti u poeżija,se jressaqna eqreb lejn aspetti storiċi u kulturali marbuta mal-mewt f’Birkirkara.
Din is-serata ser tlaqqagħna mal-komunità Karkariża u naraw kif tgħix il-mument tal-mewt: mid-dfin fir-raħal, il-ġarr tal-mejtin, it-talb u l-qniepen, il-murtali, id-djalett Karkariż u poeżiji li se jressquna viċin ta’dawn ir-riti u tradizzjonijiet. F’dan il-vjaġġ se niltaqgħu ma’ missirijietna, għalhekk se nagħtu ħajja lill-identità Karkariża, filwaqt li ngħożżu l-wirt storiku u kulturali tagħna.
Ma’ dawn ir-ritwali miktuba u mleħħna, l-esperjenza ħa tkun imżewwqa b’mużika, kant u anke għana tal-fatt, u se toffri lill-udjenza esperjenza kulturali u
artistika unika li tgħaqqad il-kelma, il-mużika u l-memorja storika.
Dħul huwa b’xejn, iżda donazzjonijiet milqugħa.
Aċċess minn Triq l-Arċisqof.
Advertisement

Where is it happening?

Knisja tal-Gizwiti, Triq il-Merkanti, Valletta, Malta

Event Location & Nearby Stays:

Know what’s Happening Next — before everyone else does.
The Jesuits' Church Foundation
Host or PublisherThe Jesuits' Church Foundation

Ask AI if this event suits you