Il-Konferenza Annwali Dwar Il-Ktieb / The Annual Book Conference 2026
Schedule
Fri May 08 2026 at 08:00 am to 05:00 pm
UTC+02:00Location
DoubleTree by Hilton Malta | Mosta, MA
Advertisement
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jistieden lill-professjonisti tal-industrija tal-ktieb u lill-pubbliku ġenerali sabiex tirreġistraw għall-ewwel Konferenza Nazzjonali dwar il-Ktieb, li se ssir nhar it-8 ta’ Mejju fid-DoubleTree tal-Hilton, il-Qawra. Ir-reġistrazzjoni tagħlaq fit-2 t’April f’nofsinhar.Dan l-avveniment se jibda jsir kull sena b’temi differenti, u se jservi bħala punt ta’ tlaqqigħ għall-pubblikaturi, l-awturi, it-tradutturi, il-qarrejja u dawk kollha interessati sabiex flimkien inwittu triq li tagħmel sens għall-industrija tal-pubblikazzjoni Maltija. Dan se nagħmluh b’diskussjonijiet ma’ esperti ta’ diversi oqsma, kemm lokali u anki internazzjonali.
Din l-ewwel edizzjoni se jkun jisimha ‘L-Ekonomija u l-Ktieb’, u se tiffoka fuq kif il-kultura tal-pubblikazzjoni, il-bejgħ tal-kotba u l-qari jiffunzjonaw flimkien f’ekonomija tant żgħira. Id-diskussjonijiet se jmissu ma’ temi bħall-iskala tal-produzzjoni, il-lingwa, il-qarrejja, u l-livelli tal-konsum tal-kotba, u dan sabiex inħeġġu dibattitu li jiġġenera l-ideat u l-politiki għall-iżvilupp tal-industrija. Irridu li s-settur tal-kotba f’Malta nħarsu lejh ukoll mil-lenti usa’ tal-kuntest Ewropew u dinji.
Tista’ taċċessa din il-ħarsa ħafifa tal-programm hawnhekk: https://ktieb.org.mt/app/uploads/2026/02/NBC-Conference-2026-brief-programme-feb13.pdf
r-reġistrazzjoni għall-Konferenza hi ta’ €30, li tinkludi d-dħul, parkeġġ u ikla. Ir-reġistrazzjonijiet jagħlqu fit-2 t’April f’nofsinhar, u min hu interessat jista’ japplika b’Submittable minn hawnhekk: https://ktieb.submittable.com/submit
***
The National Book Council (NBC) is inviting the general public to register for the inaugural edition of the Annual Book Conference, taking place on 8 May at DoubleTree by Hilton, Qawra. Deadline for registration is 2 April at noon.
The event will aim to serve as an essential annual meeting point for publishers, authors, translators, readers and all other relevant stakeholders to productively chart a way forward for the Maltese publishing industry, through informed discussions with experts from various fields, both local and international.
This first edition, The Economy and the Book, focuses on how publishing, bookselling, and reading cultures function within small and micro economies such as Malta’s. Through discussions that consider scale, language, readership, and consumption patterns, the conference aims to foster informed debate, generate ideas to support future policy development, and situate Malta’s book sector within a broader European and international context.
A brief programme for the event may be found here: https://ktieb.org.mt/app/uploads/2026/02/NBC-Conference-2026-brief-programme-feb13.pdf
Registration for the conference is against a fee of €30 which includes entrance, parking and lunch. Deadline for registration is 2 April at noon. Those interested are invited to register via Submittable here: https://ktieb.submittable.com/submit
Advertisement
Where is it happening?
DoubleTree by Hilton Malta, Qawra,San Pawl il-Baħar, Mosta, MaltaEvent Location & Nearby Stays:
Know what’s Happening Next — before everyone else does.








