Il-Kastell Interjuri ta' Santa Tereża t'Avila
Schedule
Thu Feb 19 2026 at 07:30 pm to 08:30 pm
UTC+01:00Location
Knisja tal-Gizwiti, Triq il-Merkanti, Valletta, Malta | Valletta, MA
Fl-1577 Santa Tereża t’Avila kitbet wieħed mill-aktar kotba mistiċi Kristjani influwenti li qatt inkitbu: Il-Kastell Interjuri. Ix-xogħol kien maħsub għas-sorijiet li kienu jgħixu fil-kunvent tagħha ġewwa Toledo. Dan kien żmien diffiċli għal Tereża li kienet qiegħda tiffaċja kritika u oppożizzjoni minn membri fil-Knisja stess. Madankollu, ix-xogħol jiffoka fuq il-perfezzjoni tar-ruħ fejn Tereża tippreżenta lir-ruħ bħala kastell tal-kristall b’seba’ ‘għamajjar’ li kull waħda tirrapreżenta stadju li jressaqna dejjem aktar viċin ta’ Alla.
Is-serata tiftaħ b’taħdita qasira mir-Rev. Prof. Charlo Camilleri, lettur fit-Teoloġija Morali u espert fuq l-ispirtwalità Karmelitana. Wara ser ikun hemm qari bil-mużika ta’ test tal-mibki Mario Azzopardi li jġib l-istess isem. It-test huwa dramatizazzjoni u interpretazzjoni letterarja tal-kitbiet ta’ Santa Tereża t’Avila
Bis-sehem ta:
Marvic Doughty, attriċi
Rev. Prof. Charlo Camilleri, lettur
Dħul huwa b’xejn, iżda donazzjonijiet milqugħa.
Aċċess minn Triq l-Arċisqof.
Where is it happening?
Knisja tal-Gizwiti, Triq il-Merkanti, Valletta, MaltaEvent Location & Nearby Stays:

















