Francisco de Goya – Disasters of War
Schedule
Tue, 04 Nov, 2025 at 09:00 am
UTC+01:00Location
Grand Master's Palace | Valletta, MA
Advertisement
Il-Gwerra tal-Peniżola (1808-1814) bejn Franza u Spanja kienet ġrajja vjolenti ta’ anarkija, għaks u qtil b’effetti katastrofiċi li damu jinħassu żmien twil. Li tibqa’ ħaj fi gwerra bħal din kienet xi ħaġa kbira fiha nnifisha, iżda l-artist Spanjol Goya mar lil hinn minn hekk u immortalizza l-brutalità ta’ dak il-kunflitt b’sensiela ta’ 80 inċiżjoni bl-isem Diżastri tal-Gwerra.Mill-4 ta’ Novembru ’l quddiem, fil-Palazz tal-Gran Mastru, Heritage Malta qed ittella’ wirja ta’ prints ta’ dawn l-inċiżjonijiet mill-kollezzjonijiet ta’ Fundación MAPFRE. Din il-wirja qed issir bl-appoġġ finanzjarju ta’ MAPFRE Malta u tal-Fondazzjoni Bank of Valletta (BOV).
Francisco José de Goya y Lucientes (1746-1828) jitqies bħala l-aktar artist Spanjol importanti ta’ tmiem is-seklu 18 u l-bidu tas-seklu 19. Din hija l-ewwel darba li f’Malta qed tittella’ wirja ddedikata kollha kemm hi lil xogħlijietu.
Is-sensiela Diżastri tal-Gwerra (c.1810-15) hija meqjusa bħala r-riflessjoni personali ta’ Goya dwar l-effetti traġiċi tal-gwerra fuq in-nies u turi xeni impressjonanti ħafna tal-orrur kemm fil-kampijiet tal-battalja kif ukoll qalb in-nies pajżana.
B’dan ix-xogħol, Goya nqata’ minn għadd ta’ tradizzjonijiet artistiċi. Fil-fatt, is-sensiela Diżastri tal-Gwerra hija l-ewwel eżempju fl-istorja tal-arti fejn il-gwerra u l-konsegwenzi tagħha mhumiex murija bħala atti erojċi iżda bħala t-traġedja u l-kefrija li huma tassew.
Għalkemm juru xeni ta’ gwerra fi Spanja, l-inċiżjonijiet ta’ Goya jistgħu jintrabtu ma’ kwalunkwe gwerra. Huwa dan li jagħmel lil din il-wirja daqstant qawwija u li jagħtiha relevanza kontemporanja.
The Peninsular War (1808-1814) between France and Spain was a violent convulsion of anarchy, starvation and slaughter with long-lasting catastrophic effects. To have survived such a war was a remarkable feat in itself, but Spanish artist Goya went much further, immortalizing the brutality of that conflict with a series of 80 etchings titled Disasters of War.
From the 4th of November onwards, Heritage Malta is exhibiting prints of these engravings from the collections of Fundación MAPFRE at the Grand Master’s Palace. This exhibition is sponsored by MAPFRE Malta and the Bank of Valletta (BOV) Foundation.
Francisco José de Goya y Lucientes (1746-1828) is regarded as the most important Spanish artist of the late 18th and early 19th centuries. This is the very first time in Malta that an entire exhibition is dedicated to his work.
The Disasters of War series (c.1810-15) is deemed as Goya’s personal reflection on the devastating effects of the war on the people, showing scenes that are raw and unsettling in their depiction of battlefield horror and dehumanization.
With this work, Goya breaks away from a number of artistic traditions. In fact, Disasters of War is the first example in the history of art where war and its consequences are depicted not as heroic acts, but as the tragedy and barbarism that they truly stand for.
Albeit depicting the war in Spain, Goya’s images could relate to any war – which is what renders this exhibition incredibly powerful and of contemporary relevance.
https://heritagemalta.mt/whats-on/francisco-de-goya-disasters-of-war/
Advertisement
Where is it happening?
Grand Master's Palace, Valletta, MaltaEvent Location & Nearby Stays:
Know what’s Happening Next — before everyone else does.






