Kutri u Kotba
Schedule
Thu Jan 08 2026 at 07:30 pm to 08:30 pm
UTC+01:00Location
Knisja tal-Gizwiti, Triq il-Merkanti, Valletta, Malta | Valletta, MA
Advertisement
(This event is in Maltese)Jannar.
Il-festi għaddew. It-temp għadu kiesaħ, u l-jiem qosra. X’hemm isbaħ milli tintefa taqra għall-irdoss?
Ħaġa waħda biss hemm isbaħ - li jaqrawlek waqt li għandek xarba sħuna f’idejk u forsi xi żewġ gallettini jew biċċa panettone!
Mela ejja ingħaqad magħna għal edizzjoni oħra ta’ ‘Kutri u Kotba’ ma’ Klabb Kotba Maltin fejn ħa jkollkom iċ-ċans tisimgħu diversi kittieba jaqraw siltiet minn xogħol tagħhom mhux mitmum jew mhux magħruf, jew forsi tant ilu li forsi ntesa u diffiċli ssibu fil-ħwienet!
Bis-sehem ta' Immanuel Mifsud, Rita Saliba, Nicholas Attard, Rowena Grech, Murad Shubert u Adrian Stivala.
Aħna nipprovdulkom qari, xarba sħuna, affarjiet tajbin, u atmosfera mill-isbaħ!
Il-kutra f’idejkom però! :)
Jieħdu sehem kittieba varji.
Bi sħab ma’ Klabb Kotba Maltin.
Dħul huwa b’xejn, iżda donazzjonijiet milqugħa.
Aċċess minn Triq l-Arċisqof.
Advertisement
Where is it happening?
Knisja tal-Gizwiti, Triq il-Merkanti, Valletta, MaltaEvent Location & Nearby Stays:
Know what’s Happening Next — before everyone else does.










